19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/41
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs EASA
(Kawża F-81/11)
2011/C 340/84
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat, fl-interess tas-servizz, f’pożizzjoni mhux maniġerjali, wara rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma għad-dannu allegatament sostnut.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tas-17 ta’ Diċembru 2010 li tirrigwarda l-assenjazzjoni tar-rikorrent, “fl-interess tas-servizz, f’pożizzjoni mhux maniġerjali”, li ttieħdet wara rapport ta’ evalwazzjoni tal-ġestjoni sfavorevoli;
—
jikkundanna lill-EASA sabiex tħallas lir-rikorrent somma stabbilita ex aequo et bono ta’ EUR 350 000 bħala kumpens għad-dannu morali u professjonali tiegħu, b’żieda tal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data li fiha din is-somma ssir dovuta;
—
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy