19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/41
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/11)
2011/C 340/86
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Ġħażla EPSO/AST/112/10 — Assistenti (AST 3) li teskludi lir-rikorrent milli jipparteċipa fil-provi ta’ evalwazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
Prinċipalment:
—
tannulla d-deċiżjoni adottata fis-17 ta’ Mejju 2011 li tirrifjuta lir-rikorrent id-dritt li jipparteċipa fil-fażi tat-testijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/112/10 — Assistenti ta’ grad AST 3;
—
konsegwentement, tiddeċiedi li hemm lok għal reintegrazzjoni tar-rikorrent fil-proċess ta’ reklutaġġ stabbilit minn din il-kompetizzjoni, u fejn huwa meħtieġ jiġu organizzati testijiet ta’ evalwazzjoni ġodda.
—
sussidjarjament, fil-każ fejn it-talba prinċipali ma tintlaqax, quod non, tħallsu somma fissa provviżorjament u ex aequo et bono għal EUE 20 000 bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;
—
f’kull każ, tħallsu somma fissa provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 20 000, bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy