19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/42
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-86/11)
2011/C 340/89
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-invalidità sofferta mir-rikorrenti fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Settembru 2010 inkwantu, filwaqt li tissottoskrivi ruħha mal-konklużjonijiet tal-kummissjoni ta’ invalidità, hija tirrifjuta li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-invalidità sofferta mir-rikorrenti fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta’ Mejju 2011, innotifikata fl-1 ta’ Ġunju 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas ta’ allowance ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għar-rimbors tal-ispejjeż kollha tar-rikorrenti marbuta mal-proċedura ta’ invalidità minn meta nfetħet il-proċedura inklużi l-ispejjeż tal-ilment;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy