26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/45
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/11)
2011/C 347/84
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Rata, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO — Amministraturi-Liġi (AD 5).
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Bord tal-Għażla tad-9 ta’ Novembru 2010 li tikkonferma d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2010 li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad l-ilment amministrattiv tar-rikorrent tas-7 ta’ Frar 2011;
—
jemenda l-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO — Amministraturi-Liġi, sabiex tinkludi isem ir-rikorrent jew alternattivament tordna l-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ riżerva ġdida li tinkludi isem ir-rikorrent;
—
jordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti li ġew preliminarjament stmati ex aequo et bono għal EUR 7 000;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy