26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/46
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-93/11)
2011/C 347/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni meħuda fil-15 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad lir-rikorrent id-dritt li jieħu sehem fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji fil-grad AST1;
—
konsegwentement, jiddeċiedi li hemm lok għall-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-proċess ta’ reklutaġġ stabbilit mill-imsemmija kompetizzjoni, jekk ikun meħtieġ, billi jiġu organizzati eżamijiet ta’ evalwazzjoni ġodda;
—
fi kwalunkwe każ, jitlob lill-EPSO jiżvela informazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward tar-riżultati miksuba mill-kandidati kollha fit-test d);
—
sussidjarjament, fil-każ fejn it-talba prinċipali ma tintlaqax, quod non, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;
—
fi kwalunkwe każ, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni morali.
Full & Egal Universal Law Academy