3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/30
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/11)
(2011/C 355/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 u li tistieden lir-rikorrent għal eżami orali ġdid u annullament tad-deċiżjoni li eskludiet lir-rikorrent mill-kompetizzjoni minħabba li naqas milli jidher għall-eżami.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-11 ta’ Frar u tat-12 ta’ Awwissu 2011;
—
tiddikjara illegali l-konvokazzjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 għall-eżami orali;
—
tikkonstata li eżami individwali ġdid tar-rikorrent ma huwiex xieraq sabiex tirregolarizza l-vizzji proċedurali sostanzjali rrilevati f’sentenza preċedenti;
—
tikkonstata li l-konvenuta tista’ tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva mingħajr ma huwa neċessarju li jsir eżami ġdid;
—
tikkonstata li l-konvenuta għandha tikkumpensa b’mod xieraq il-preġudizzju sostnut mir-rikorrent minħabba t-terminu li skada u tevita kull diskriminazzjoni tar-rikorrent meta mqabbel ma’ dawk li għaddew;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;
—
b’mod kawtelatorju, tagħti sentenza fil-kontumaċja.
Full & Egal Universal Law Academy