26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/46
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs BEI
(Kawża F-95/11)
2011/C 347/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti;
—
tordna lill-BEI jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti f’pożizzjoni skont il-grad u l-impjieg tagħha;
—
tikkonstata l-eżistenza ta’ żbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;
—
tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI, fir-rigward tar-rikorrenti, għall-illegalità tad-deċiżjoni u għall-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;
—
tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni u mill-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-Bank u l-kumpens għandu jinkludi interessi moratorji;
—
fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjoni:
—
fir-rigward tad-dannu morali: EUR 20 000;
—
fir-rigward tad-dannu materjali minħabba telf ta’ remunerazzjoni; EUR 113 100;
—
fir-rigward tal-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI:
—
fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tiegħu ta’ premura u ta’ protezzjoni: EUR 119 100;
—
fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal: EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy