26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/47
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-97/11)
2011/C 347/89
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-4 ta’ Lulju 2011 li tiċħad parzjalment l-ilment tar-rikorrent;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta’ Jannar 2011 innotifikata permezz tal-applikazzjoni tal-ġestjoni amministrattiva Streamline, li d-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili tar-rikorrent tkun iffisata għad-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju;
—
jindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari, id-data effettiva li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju bejn ir-rikorrent u l-ex konjuġi tiegħu, jew id-data tat-traskrizzjoni tad-deċiżjoni li ngħatat fis-26 ta’ April 2011;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy