28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/67
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-99/11)
2012/C 25/128
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Lulju 2010.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li toriġina mill-Kummissjoni, jew li fi kwalunkwe każ tista’ tiġi attribwita lilha, li tirrifjuta, irrispettivament mill-forma tar-rifjut u minn jekk tirrifjutax parzjalment jew totalment, id-diversi talbiet tar-rikorrent magħmula fit-talba tiegħu tal-20 ta’ Awwissu 2010, mibgħuta lill-Awtorità tal-Ħatra bid-data tal-20 ta’ Awwissu 2010;
—
jannulla, quatenus opus est, in-nota rreġistrata fit-28 ta’ Frar 2011 bir-referenza Ares(2011) 217354, li waslet għand ir-rikorrent f’data mhux qabel is-6 ta’ April 2011;
—
jannulla d-deċiżjoni, li toriġina mill-Kummissjoni, li tirrifjuta, irrispettivament mill-forma tar-rifjut, id-diversi talbiet tar-rikorrent magħmula fl-ilment tiegħu tal-24 ta’ Frar 2011;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy