28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/67
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-100/11)
2012/C 25/129
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni rrifjutat li tħallas lir-rikorrent allowance ta’ kuljum b’relazzjoni mad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tiegħu mid-delegazzjoni tal-KE fl-Angola għas-sede tagħha fi Brussell.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda maħruġa mill-konvenuta jew li għaliha din tal-aħħar hija responsabbli, irrispettivament mill-mod li bih l-imsemmija ċaħda ġiet magħmula, u minn jekk hijiex parzjali jew totali, tal-kapijiet tat-talba tar-rikorrent, tal-10 ta’ Awwissu 2010, mibgħuta lill-Awtorità tal-Ħatra mhux iktar tard mit-13 ta’ Awwissu 2010;
—
tannulla, quatenus opus est, in-nota bid-data tat-22 ta’ Diċembru 2010, li waslet għand ir-rikorrent f’data mhux qabel il-11 ta’ Frar 2011;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda maħruġa mill-Kummissjoni, irrispettivament mill-mod li bih l-imsemmija ċaħda ġiet magħmula, tal-kapijiet tat-talba tar-rikorrent misjuba fl-ilment tal-24 ta’ Frar 2011;
—
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent l-allowances pekunjarji għal kull jum previsti fl-Anness VII, Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, allowances li huma dovuti lir-rikorrent: (a) b’relazzjoni mad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2002 maħruġa mill-Kummissjoni dwar it-trasferiment tar-rikorrent u tal-kariga tiegħu mid-delegazzjoni tal-KE f’Luanda (Angola) għas-sede ċentrali tagħha fi Brussell, deċiżjoni li hija s-suġġett tal-kawża tal-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ Settembru 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra); (b) mill-1 ta’ April 2002, li huwa l-ewwel jum tat-terminu li d-dekorrenza tiegħu bdiet bis-saħħa tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2002, u matul il-120 jum sussegwenti;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-interessi fuq l-allowances inkwistjoni, kemm moratorji kif ukoll kumpensatorji tad-deprezzament monetarju li jseħħ bejn il-31 ta’ Lulju 2002 u d-data tal-ħlas effettiv tal-imsemmija allowances, b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali mil-31 ta’ Lulju 2002;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy