28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/68
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs BĊE
(Kawża F-106/11)
2012/C 25/131
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tad-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni li timponi fuq ir-rikorrent twiddiba bil-miktub bħala miżura dixxiplinari.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Deputat Direttur Ġenerali tad-DG-H tal-15 ta’ April 2011, li timponi fuq ir-rikorrent twiddiba bil-miktub bħala miżura dixxiplinari u, jekk meħtieġ, id-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad l-appell speċjali;
—
tordna kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ħlas tal-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy