28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/69
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs ECDC
(Kawża F-107/11)
2012/C 25/132
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Mylonas, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Suġġett
L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2010.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal jogħġbu:
—
jannulla r-raport ta’ evalwazzjoni tat-8 ta’ Frar 2011; u
—
jekk ikun meħtieġ, jannulla:
—
id-deċiżjoni tad-Direttur tal-ECDC tad-9 ta’ Settembru 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tat-30 ta’ Ġunju 2011 u d-Deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal-5 ta’ Lulju 2011;
—
ir-rapport tal-validatur tal-15 ta’ April 2011;
—
jikkundanna lill-ECDC għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy