28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/69
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/11)
2012/C 25/133
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma taċċettax lir-rikorrent għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/198/10, minħabba l-allegat nuqqas li jissodisfa r-rekwiżiti tal-esperjenza professjonali
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO li ma taċċettax lir-rikorrent għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/198/10;
—
jordna lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ir-rikorrent jitqiegħed f’pożizzjoni simili għal dik li kien ikun fiha li kieku ġie aċċettat għall-kompetizzjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy