7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/26
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/11)
2012/C 6/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament ta’ parti mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu 1.1.2009 — 31.12.2009; iktar preċiżament, il-parti tar-rapport stabbilita minn EUROSTAT għal dan l-istess perijodu;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy