28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/69
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/11)
2012/C 25/134
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni għax-xahar ta’ Awwissu 2010.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li toriġina mill-Kummissjoni, jew li fi kwalunkwe każ tista’ tiġi attribwita lilha, li tirrifjuta, irrispettivament mill-forma tar-rifjut u minn jekk tirrifjutax parzjalment jew totalment, id-diversi talbiet tar-rikorrent magħmula fit-talba tiegħu tat-30 ta’ Awwissu 2010;
—
jiddikjara ineżistenti skont il-liġi, jew jannulla, quatenus opus est, in-nota Ares(2011) 217354;
—
jannulla d-deċiżjoni, li toriġina mill-Kummissjoni, li tirrifjuta, irrispettivament mill-forma tar-rifjut, id-diversi talbiet tar-rikorrent magħmula fl-ilment tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2011;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy