7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/27
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-114/11)
2012/C 6/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament sabiex ċertu għajnuna finanzjarja minn Stat Membru lill-istudenti tal-edukazzjoni ogħla titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u sabiex din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġi rkuprat il-ħlas mhux dovut.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla ż-żewġ deċiżjonijiet li jirriżultaw mir-rendikont tar-remunerazzjoni tiegħu għax-xahar ta’ Marzu 2011 u li jikkawżawlu dannu, jiġifieri, minn naħa, id-deċiżjoni sabiex jitnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mis- Centre de Documentation et d’Information sur l’enseignement Supérieur de Luxembourg tal-allowance tal-iskola riċevuta mir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut f’dak li jikkonċerna l-ammont ta’ allowances tal-iskola riċevuti minn Ottubru 2011 sa Frar 2011;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tal-arretrati tar-remunerazzjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati li jikkorrispondu għalihom, sa mid-data li fiha l-arretrati saru dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti.
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy