7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/28
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs BEI
(Kawża F-115/11)
2012/C 6/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx ir-rikorrent iżda kandidat ieħor fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan il-BEI u talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx ir-rikorrent fil-post ta’ Kap tad-Diviżjoni “Tariffi u Politika tar-Riskji”, fi ħdan id-Dipartiment “Riskju u Kreditu” tad-Direttorat Ġenerali “Ġestjoni tar-riskji” u li ma ngħatax il-post ta’ Kap tad-Diviżjoni “Tariffi u Politika tar-Riskji”, fi ħdan id-Dipartiment “Riskju u Kreditu” tad-Direttorat Ġenerali “Ġestjoni tar-riskji”;
—
jordna lill-BEI jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi proċedura regolari intiża sabiex jimtela’ l-post;
—
jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI fir-rigward tar-rikorrent dwar l-illegalità tad-deċiżjoni li jinħatar kandidat ieħor fil-post inkwistjoni;
—
jikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti, flimkien mal-interessi moratorji:
—
fir-rigward tad-dannu morali: EUR 50 000;
—
fir-rigward tad-dannu materjali minħabba t-telf ta’ remunerazzjoni: EUR 436 100;
—
tikkundanna lil BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy