28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/72
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-120/11)
2012/C 25/139
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li taħtar id-direttur il-ġdid tad-Direttorat A “Ġustizzja ċivili” tad-DĠ JUST kif ukoll tad-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għal din il-pożizzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direttorat A “Ġustizzja ċivili” tad-Direttorat Ġenerali “Ġustizzja” kif ukoll id-deċiżjoni li taħtar persuna oħra għal din il-pożizzjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy