28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/72
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-121/11)
2012/C 25/140
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-Uffiċċju tal-Ħlasijiet ta’ Ispra ċaħad lill-uffiċjal, assenjat fil-Ġordan, l-awtorizzazzjoni għall-ispejjeż tat-trasport u tal-akkumpanjament sostnuti sabiex ibnu jkun jista’ jieħu l-psikoterapija bil-lingwa Franċiża, il-lingwa materna tat-tifel, f’Bejrut (il-Libanu).
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni għal benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent favur ibnu, martu u favur tiegħu stess, liema ċaħdiet jirriżultaw mit-tliet deċiżjonijiet adottati rispettivament fit-22 ta’ Frar, l-10 ta’ Marzu u t-18 ta’ April 2011, mill-kap tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet ta’ Ispra tal-Kummissjoni Ewropea.
—
jannulla d-deċiżjoni adottata fit-12 ta’ Awwissu 2011 mid-Direttur tad-Direzzjoni D tad-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, fil-kwalità tagħha ta’ awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti, filwaqt li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy