28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/72
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2011 — ZZ v FRONTEX
(Kawża F-124/11)
2012/C 25/141
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tħassar deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna t-tiġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 tad-Direttur Eżekuttiv ta’ FRONTEX;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Awwissu 2011 tad-Direttur Eżekuttiv ta’ FRONTEX;
—
jikkundanna lil FRONTEX għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy