3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/21
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/11)
2012/C 65/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tat-3 ta’ Frar 2011 li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-4 ta’ April 2011 li tikkonferma d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2011 li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tad-29 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy