28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/73
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-129/11)
2012/C 25/142
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenta: ZZ (rappreżentanti: Ph.-E. Partsch u E. Raimond, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF dwar l-aħħar stedina għas-smigħ tar-rikorrenta fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna u li tindika li rapport finali dwar din l-investigazzjoni ser tkun adottata fuq il-bażi biss ta’ informazzjoni miġbura u analizzata b’mod unilaterali mill-OLAF, jekk ir-rikorrenta ma tilqax din l-istedina.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2011 li permezz tagħha l-OLAF, fil-persuna tad-Direttur Ġenerali tagħha, stiednitha għal smigħ li għandu jseħħ fl-1 u fit-2 ta’ Diċembru 2011 fil-bini tal-OLAF, f’Brussell, fit-tmienja ta’ filgħodu, fil-kuntest ta’ investigazzjoni “interna” bir-referenza “OF/2010/0207” u li wissietha li rapport ta’ għeluq tal-investigazzjoni ser ikun redatt mingħajr ma tkun nstemat jekk ma Tilqax din l-istedina, billi din tikser il-prinċipju ta’ kontradittorju u d-drittijiet fundamentali tagħha;
—
tagħti lir-rikorrenta s-somma ta’ EUR 4 000 bħala danni;
—
tikkundanna lil Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy