3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/24
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs EMA
(Kawża F-135/11)
2012/C 65/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni biex il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent ma jiġġeddidx.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Mejju 2011 li permezz tagħha l-EMA rrifjutat li teżamina l-possibbiltajiet ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent;
—
jikkundanna lill-EMA biex tagħti lir-rikorrent, bla ħsara għal żieda, EUR 1 provviżorju;
—
jikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy