3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/24
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-136/11)
2012/C 65/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, E. Marchal, S. Orlandi, J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-bonus tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti miksuba qabel id-dħul fis-servizz tagħha taħt l-iskema tal-pensjoni Komunitarja.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2011 li tannulla u tissostitwixxi l-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħha skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li tinkludi proposta ġdida kkalkulata abbażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy