3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/24
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-138/11)
2012/C 65/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2011 li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;
—
jikkonstata l-validità tal-ftehim li jikkonċerna t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrent abbażi tal-offerta aċċettata skont il-kalkolu tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2011, li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrent;
—
sussidjarjament, jirrikonoxxi d-dannu subit u tagħti lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 6 207,71 bħala danni u interessi kompensatorji miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy