3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/25
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/11)
2012/C 65/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: Ph.-E. Partsch, E. Raimond, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur-Ġenerali tal-OLAF dwar l-aħħar stedina għas-smigħ tar-rikorrent fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna u li tindika li rapport finali dwar din l-investigazzjoni għandu jiġi adottat abbażi biss tal-informazzjoni miġbura u analizzata unilateralment mill-OLAF, jekk ir-rikorrent ma jilqax din l-istedina kif ukoll l-ittra li tiċħad l-ilment tiegħu.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2011;
—
jannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ilment tal-21 ta’ Novembru 2011;
—
jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 7 000 bħala danni kumpensatorji;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy