3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/26
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-142/11)
2012/C 65/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 kif ukoll id-deċiżjoni sussegwenti tas-7 ta’ Ottubru 2011;
—
jikkundanna lill-Kunsill iħallas id-danni lir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy