3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/27
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-144/11)
2012/C 65/53
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: I. Ruiz Garcia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħallix jagħmel l-eżamijiet ta’ għażla wara l-pubblikazzjoni ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni li tannulla n-nota eliminatorja għall-eżami (d) ta’ kompetenzi professjonali.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-Deċiżjoni EPSO/R/17/11 u d-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent skont ir-rettifika;
—
tistieden lir-rikorenti għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10;
—
tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 10 400 għad-danni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy