3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/65
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-2/11) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FEAG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq fil-kuntest tal-miżura POSEI (snin finanzjarji 2005, 2006 u 2007))
2013/C 225/144
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), hija annullata sa fejn din tapplika fir-rigward tar-Repubblika Portugiża korrezzjoni finanzjarja relatata mal-miżura POSEI għas-snin finanzjarji 2006 u 2007 ta’ ammont ta’ EUR 743 251,25.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), hija annullata sa fejn din tapplika fir-rigward tar-Repubblika Portugiża korrezzjoni finanzjarja relatata mal-miżura POSEI għas-snin finanzjarji 2006 u 2007.
(2)
Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 89, 19.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy