10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-3/11) (1)
([“FAEG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-porzjonijiet agrikoli u s-sistema ta’ informazzjoni ġeografika (SIPA-SIG), fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq il-post u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet (snin 2005 sa 2007)”])
(2015/C 262/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn din tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika Portugiża fl-ammont ta’ EUR 4 0 6 90 655,11 minħabba “[n]uqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS [sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet agrikoli-sistema ta’ informazzjoni ġeografika], [fl-eżekuzzjoni] ta’ verifiki fuq il-post u l-[kalkolu] tas-sanzjonijiet” matul is-snin 2005 sa 2007.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 7.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy