19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-4/11 u T-5/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Export Development Bank of Iran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u A. Bordes, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà għar-rikorrenti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ir-regolamenti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn ir-regolamenti, sal-għoti tas-sentenza li ġġib fi tmiem il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tielet nett, talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temeda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll l-atti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn l-atti, sal-għoti tas-sentenza li ttemm il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011.
Dispożittiv
(1)
Dawn li ġejjin huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Export Development Bank of Iran:
—
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, sussegwentement bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011;
—
id-Deċiżjoni 2010/644;
—
l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010;
—
id-Deċiżjoni 2011/783;
—
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011;
—
l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.
(2)
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Export Development Bank of Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda lil Export Development Bank of Iran.
(3)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża li tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413 ma tapplikax għall-Export Development Bank of Iran.
(4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(5)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Export Development Bank of Iran.
(6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 5.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy