25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/11) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż li jitwettqu fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata - Drittijiet tad-difiża”))
2014/C 282/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree, M. Noort, M. Bulterman u J. Langer, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg, F. Wilman u P. Rossi, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008 ta’ ammont totali ta’ EUR 2 8 9 47 149.31.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010 li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea, hija annullata sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy