19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill
(Kawża T-24/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2013/C 304/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Erlbacher u M. Konstantinidis, sussegwentement A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ applikabbiltà fir-rigward tar-rikorrent tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ta’ kull regolament futur li ser jikkompleta jew jissostitwixxi dawn ir-regolamenti, sad-data li fiha tinqata’ din is-sentenza, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, it-tielet nett, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll ta’ kull att futur li ser jikkompleta jew jissostitwixxi dawn l-atti, sad-data li fiha tinqata’ din is-sentenza, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011,
Dispożittiv
(1)
Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lill-Bank Refah Kargaran:
—
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, u wara bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011;
—
id-Deċiżjoni 2010/644;
—
l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010;
—
id-Deċiżjoni 2011/783;
—
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011;
—
l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.
(2)
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 u wara bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Bank Refah Kargaran għandhom jinżammu sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lill-Bank Refah Kargaran.
(3)
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talba intiża biex jiġi ddikjarat li d-Deċiżjoni 2010/413 ma hijiex applikabbli għall-Bank Refah Kargaran.
(4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(5)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Refah Kargaran.
(6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 80, 12.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy