27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 — Fraas vs UASI (Disinn bil-kaxxi ta’ kulur iswed, beġ, kannella, aħmar skur u griż)
(Kawża T-26/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tikkonsisti f’disinn bil-kaxxi ta’ kulur iswed, beġ, kannella, aħmar skur u griż - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 331/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2010 (Każ R 1317/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jikkonsisti f’disinn bil-kaxxi ta’ kulur iswed, beġ, kannella, aħmar skur u griż bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 5.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy