8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/11) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika - Kuntratt ta’ finanzjament ta’ rikors - Rikors għal annullament - Nota ta’ debitu - Natura kuntrattwali tal-kawża - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Spejjeż eliġibbli”)
(2014/C 439/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Technische Universität Dresden (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Bogensberger u D. Calciu, sussegwentement W. Bogensberger u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)
Suġġett
Annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3241011712, maħruġa mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Novembru 2010 għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 55 377,62 mħallsa ta’ parti mill-ħlasijiet bil-quddiem mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja favur il-proġett imwettaq skont il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008).
Dispożittiv
1)
L-ispejjeż tal-persunal għal H. li jammontaw għal EUR 56,76, l-ispejjeż ta’ trasferiment li jammontaw għal EUR 1 354,08 u l-ispejjeż ta’ provvisti ta’ servizz li jammontaw għal EUR 351,82 sostnuti minn Technische Universität Dresden fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, bir-Referenza 2003114 (SI2.377438), dwar il-finanzjament tal-proġett “Collection of European Data on Lifestyle Health Determinants – Coordinating Party (LiS)” imwettaq skont il-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) huma eliġibbli, b’tali mod li d-dejn tal-Kummissjoni Ewropea relatat għal dawn l-ammonti u inkluż fin-nota ta’ debitu Nru 3241011712, tal-4 ta’ Novembru 2010, huwa infondat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Technische Universität Dresden hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 12.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy