1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/11) (1)
(FSE - Skema ta’ taħriġ - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Preskrizzjoni - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 156/69
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: (Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 li tistabbilixxi l-ammont finali tan-nefqa eliġibbli tal-għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal azzjonijiet ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni Nru C(88) 831, tad-29 ta’ April 1988, għall-finanzjament ta’ skema ta’ taħriġ (Fajl 88 0369 P1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 07.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy