1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/11) (1)
(Fond Soċjali Ewropew - Skemi ta’ taħriġ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Preskrizzjoni - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 156/71
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment minn J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement minn L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tiffissa l-ammont finali tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal żewġ skemi ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni C (89) 570, tat-22 ta’ Marzu 1989, għall-finanzjament ta’ skema ta’ taħriġ (fajl 89 0771 P1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 7.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy