8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 048/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, S. Noë u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn B. Lebrun, avukat, sussegwentement C. Giolito u A. Dawes, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón, M. Simm u M. Balta, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, l-annullament tal-Artikolu 5(b) u (d) ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn dan jimponi multa fuq din tal-aħħar, jew it-tnaqqis tagħha.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Air France-KLM.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Air France KLM.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 95, 26.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy