17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise BV vs UASI — Runners Point (Run2)
(Kawża T-64/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run2 - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 80/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Run2Day Franchise BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Koenraad, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Runners Point Warenhandels GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Run2Day Franchise BV u Runners Point Warenhandels GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1) hija annullata.
(2)
L-UASI u Runners Point Warenhandels GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Run2Day Franchise BV.
(1) ĠU C 89, 19.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy