3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/66
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2013 — Recombined Dairy System vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-65/11) (1)
(Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ konċentrati ta’ lattoglobulina minn New Zealand - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)
2013/C 225/145
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Recombined Dairy System A/S (Horsens, id-Danimarka) (rappreżentanti: T. Kristjánsson u T. Gønge, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Caeiros, L. Keppenne u B.-R. Killmann, aġenti, assistiti minn P. Dyrberg, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7692 finali, tat-12 ta’ Novembru 2010, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 03/08).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(2) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7692 finali, tat-12 ta’ Novembru 2010, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 03/08) huwa annullat, sa fejn jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ konċentrati ta’ lattoglobulina 131 u 8471.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Recombined Dairy System A/S.
(1) ĠU C 103, 2.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy