16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Present-Service Ullrich vs UASI — Punt-Nou (babilu)
(Kawża T-66/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali babilu - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BABIDU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 79/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Present-Service Ullrich GmbH & Co. KG (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Graf von Kalckreuth u I. Stein avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: (Punt Nou, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 773/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Punt-Nou, SL u Present-Servcie Ullrich GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Present Servcie Ullrich GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 19.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy