3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/66
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Kastenholz vs UASI — Qwatchme (Uċuħ tal-arloġġi)
(Kawża T-68/11) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw uċuħ tal-arloġġi - Disinni preċedenti mhux irreġistrati - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Novità - Artikoli 4, 5 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 - Dritt tal-awtur preċedenti - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002)
2013/C 225/146
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Erich Kastenholz (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Acker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hanne, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Qwatchme A/S (Løsning, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Zöbisch, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010 (Każ R 1086/2009-3), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Erich Kastenholz u Qwatchme A/S.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Erich Kastenholz huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 9.4.2011
Full & Egal Universal Law Academy