20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)
(Kawża T-72/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESPETEC - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 319/13
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sogepi Consulting y Publicidad, SL (Vic, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa, T. Barceló Rebaque u N. Esteve Manasanch, sussegwentement J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa u N. Esteve Manasanch)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2010 (Każ R 312/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ESPETEC bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sogepi Consulting y Publicidad, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy