12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-76/11) (1)
(Sajd - Miżuri ta’ konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Tnaqqis mill-kwoti mogħtija għal sena minħabba li jkunu nqabżu l-kwoti mogħtija għas-snin preċedenti - Applikazzjoni ratione temporis - Ċertezza legali - Interpretazzjoni li tiggarantixxi l-osservanza tad-dritt primarju - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Nuqqas ta’ retroattività)
2013/C 9/61
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010, tat-8 ta’ Novembru 2010, dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel (ĠU L 291, p. 31)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 19.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy