25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2013 — GRP Security vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-87/11) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi ta’ sorveljanza u ta’ għassa mal-bini tal-Qorti tal-Awdituri - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ rexissjoni unilaterali tal-kuntratt flimkien ma’ talba għall-ħlas ta’ danni - Att ta’ natura kuntrattwali - Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li timponi sanzjoni ta’ esklużjoni għal tliet xhur - Interess ġuridiku - Drittijiet tad-difiża - Nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi - Nulla poena sine lege - Użu ħażin ta’ poter - Proporzjonalità)
2013/C 147/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: GRP Security (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Osch, sussegwentement minn C. Arendt u M. Larbi, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. Kennedy, J.-M. Stenier u J. Vermer, sussegwentement minn M. Kennedy u J. Vermer, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar ir-rexissjoni unilaterali tal-kuntratt-qafas għal servizz “Servizzi diversi ta’ sigurtà”, LOG/2026/10/02 u talba għall-ħlas ta’ danni u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar sanzjoni ta’ esklużjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
GRP Security hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 120, 16.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy