3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/67
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013 — Stitching Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/11) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Dokumenti li saru disponibbli għall-pubbliku - Rinunzja għal limitazzjoni tat-tixrid ta’ dokumenti)
2013/C 225/148
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stitching Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, u sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u I. Zervas, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, K. Petersen u A. Wiedmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għal diversi dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu, u dan skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 113, 9.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy