16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rovi Pharmaceuticals vs UASI — Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals)
(Kawża T-97/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 336/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rovi Pharmaceuticals GmbH (Schlüchtern, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Berghofer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Farmaceuticos Rovi, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 500/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA u Rovi Pharmaceuticals GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Rovi Pharmaceuticals GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk li Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA sostniet matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 120, 16.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy