3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2012 — Shang vs UASI (justing)
(Kawża T-103/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva justing - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JUSTING - Talba tal-anzjanità tat-trade mark nazzjonali preċedenti - Nuqqas ta’ identità tas-sinjali - Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 65/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tiantian Shang (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Salerni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1388/2010-2), dwar it-talba tal-anzjanità tat-trade mark figurattiva JUSTING proprjetà ta’ T. Shang.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
T. Shang hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy