16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Ferrari vs UASI (PERLE')
(Kawża T-104/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva PERLE' - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 79/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferrari F.lli Lunelli SpA (Trente, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci, sussegwentement L. Rampini u F. Mattina, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1249/2010-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva PERLE'.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ferrari F.lli Lunelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 9.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy