26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-111/11) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Studji rċevuti mill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni ta’ direttivi fil-qasam tal-ambjent - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Eżami konkret u individwali - Kompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus - Interess pubbliku superjuri - Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu sabiex tiġi adottata deċiżjoni espliċita - Portata tal-obbligu li tixxandar b’mod attiv l-informazzjoni dwar l-ambjent)
2013/C 313/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver u C. Zadra, aġenti)
Suġġett
Inizjalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri mad-dritt ambjentali tal-Unjoni Ewropea, imbagħad talba għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ulterjuri, tat-30 ta’ Mejju 2011, li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal parti minn dawn id-dokumenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
ClientEarth u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 130, 30.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy